Filmat: 7 modi kif m’għandekx tilbes maskra

Couple-weairing-face-masks-due-to-coronavirus-pandemic
Miguela Xuereb

How to wear a fabric mask safely during COVID-19: Don'ts

Posted by World Health Organization (WHO) on Wednesday, September 23, 2020

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) avżat x’inhuma l-affarijiet li wieħed irid jevita li jagħmel meta jilbes maskra.

F’filmat imxerred fuq Facebook, il-WHO qalet li:

  • M’għandhiex tintilbes maskra laxka
  • Il-maskra m’għandhiex tintilbes rasha ‘l isfel jew ta’ ġewwa barra
  • Il-maskra m’għandhiex tintilbes taħt l-imnieħer
  • Il-maskra m’għandhiex titneħħa biex wieħed jitkellem
  • Il-maskra m’għandhiex tintilbes taħt il-geddum
  • Il-maskra għandha tintlibes minn persuna waħda biss
  • Il-maskra m’għandhiex tiġi rranġata billi wieħed imiss in-naħa ta’ quddiem tagħha.

Il-maskri għandhom jintlibsu fil-pubbliku, għaliex min jinqabad mingħajrhom jista’ jeħel multa ta’ €50. Il-maskri jżommu l-mikrobi milli jinxterdu, u b’hekk, titrażżan l-imxija tal-coronavirus.

Kont taf b’dawn il-modi kif m’għandekx tilbes maskra?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt.