Filmat: 5 punti li għandek issegwi jekk se tmur tqerr

Read in English.

Hekk kif mil-lejla, il-Knejjes se jkunu qed jerġgħu jiftħu għall-Quddies, l-Arċidjoċesi ta’ Malta ħejjiet diversi linjigwida li għandhom ikunu segwiti. Dan jinkludi wkoll kif għandu jkun amministrat is-sagrament tal-Qrar.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta spjegat il-punti ewlenin li wieħed għandu jsegwi permezz ta’ filmat qasir imtella’ fuq Youtube. Il-punti ewlenin tiegħu huma li:

  • Idealment il-Qrar isir permezz ta’ appuntament biex ikun evitat li jinġabru ħafna nies f’post wieħed.
  • Min ikun qed jistenna għall-Qrar għandu jżomm id-distanza ta’ żewġ metri mill-persuni l-oħrajn.
  • Is-saċerdot u l-persuna li qed tqerr se jkunu lebsin visor jew maskra.
  • Fejn hu possibbli se jkun hemm screen protettiv bejniethom.
  • Fejn dan mhux possibbli għandha tinżamm id-distanza soċjali filwaqt li tkun issalvagwardjata l-privatezza.