Filmat: 5 maqtula kawża ta’ attakk fuq maħżen f’Illinois

Raġel spara tiri f’maħżen f’Illinois fl-Istati Uniti waqt li kien qed jiġi mkeċċi minn xogħlu. Hu qatel ħames kollegi u darab ħames uffiċjali tal-pulizija qabel ma nqatel mill-Pulizija.

Skont Reuters, il-Kap tal-Pulizija ta’ Aurora, Kristen Ziman, qalet li r-raġel ġie identifikat bħala Gary Martin ta’ 45 sena. Hu kien ilu jaħdem fil-kumpanija Henry Pratt għal 15-il sena qabel l-attakk vjolenti li seħħ ilbieraħ. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret tard bil-lejl, Ziman qalet li għadu mhux ċar jekk is-suspettat, li kien armat b’arma tan-nar, kienx qed iġorr l-arma tan-nar waqt li kien qed jiġi mkeċċi, jew jekk marx iġib l-arma tan-nar qabel ma wettaq l-attakk.

View this post on Instagram

They kept coming and coming and coming and coming…

A post shared by Daniel Chrnko (@danielchrnko) on

Ziman spjegat li ma għandhiex informazzjoni immedjata dwar jekk ir-raġel kellux rekord kriminali, madanakollu tinsab magħrfa li skont dokumenti pubbliċi, Martin kien instab ħati ta’ attakk aggravat f’Mississippi fl-1995. Dan l-attakk ġie propju ġurnata wara l-għeluq tas-sena anniversarju mill-massakru ta’ 17-il persuna fi skola fi Florida.

Il-ħames uffiċjali tal-Pulizija li ndarbu u ħaddiem ieħor tal-kumpanija li wkoll indarab kawża tat-titjiriet qed jirċievu l-kura fi sptarijiet fil-pajjiż. Skont Ziman, ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.