Bejn it-28 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru, 4 kantanti Maltin taw is-sehem tagħhom fil-ħames edizzjoni tal-Euro Pop Contest Ii ttella’ f’Berlin, fil-Ġermanja.
Shiraya Busuttil
Shiraya Busuttil u Isaac Tom ħadu sehem f’Section A tal-kompetizzjoni miftuħa għal tfal bejn l-10 u 13-il sena. F’din is-sezzjoni kien hemm b’kollox 22 parteċipant. Shiraya kantat Caravaggio, li nafuha oriġinarjament minn Claudia Faniello,kif ukoll il-kanzunetta Lovin’ You filwaqt li Isaac ħa sehem bil-kanzunetta originali miktuba minnu Fallen, kif ukoll ħa sehem bis-silta You Don’t Own Me.

Dawn iż-żewġ kantanti Maltin kienu finalisti mal-ewwel 10 u ngħataw id-Diploma Award.

Amber Grace (filmat) ħadet sehem f’Section B miftuħa għal kantanti bejn l-14 u 17-il sena. Hi ħadet sehem bil-kanzunetta Pure ta’ Claudia Faniello, u s-silta One Night Only.
Fi tmiem il-kompetizzjoni hija kklassifikat fit-tielet post.

Rebecca Bonello ħadet sehem f’Section C li għaliha setgħu jipparteċipaw kantanti bejn it-18 u l-24 sena. B’kollox kien hemm 15-il parteċipant.
Rebecca kkompetiet bil-kanzunetta Angel ta’ Chiara u bil-kanzunetta A Million Voies. Kienet mal-10 finalisti u ngħatat id-Diploma Award.

Il-parteċipazzjoni tal-Maltin f’din il-kompetizzjoni fil-Ġermanja kienet possibbli għal Erika Said f’isem Erseb Productions.