Filmat: 44 immigrant jiddaħħlu Malta – AFM

Read in English.

44 immigranti ddaħħlu Malta mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM).

Kelliema għall-AFM qalet lil Newsbook.com.mt li l-grupp, li fih nisa u tfal, daħal għall-10am. Dawn ġew trasferiti fuq patrol boat tal-armata minn fuq il-bastiment tal-Open Arms.

Fuq Twitter, il-paġna MSF Sea qalet li l-bastiment Ocean Viking ġie ordnat ifittex għal nies fil-baħar mill-awtoritajiet Taljani. Dan wara li għereq bastiment ħdejn Lampedusa.

Filmat: MSF Sea