Filmat: 4 snin ħabs għar-raġel li ħaraq karozza

Raġel ta’ 54 sena ntbagħat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li t-Tnejn qabbad karozza pparkjata f’Ħaż-Żabbar u kiser il-paċi pubblika. Iż-żewġ uliedu, li għandhom 17 u 18-il sena ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, kull wieħed.

Il-filmat tal-irġiel ixarrbu l-karozza bil-fuel u jagħtuha n-nar dar fuq il-mezzi soċjali. Il-karozza kienet ta’ familja li tgħix fl-istess triq, u kienet ipparkjata quddiem kantina li għandu l-akkużat.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ħsara li saret wara li nħarqet il-karozza kienet tammonta għal €4,000. Il-Qorti ordnatilhom iħallsu l-ħsara. Il-Maġistrat Simone Grech ordnat ukoll protezzjoni ta’ tliet snin għall-vittmi.