Filmat: 36 tifel u tifla jgawdu minn esperjenza unika

Madwar 40 sewwieq ta diversi mudelli ta karozzi tal-marka Porsche, membri tal-Porsche Club Malta, iltaqaw l-Università ta' Malta b’għan nobbli.

Read in English.

L-iskop kien sabiex f’dawn il-jiem ta festi, apparti is-soltu donazzjoni lill-Puttinu offrew ukoll il-ħin u il-vetturi prestiġjużi tagħhom lit-tfal li f’dan iż-żmien qiegħdin rekoverati fl-isptar Mater Dei. 36 tifel u tifla gawdew minn din l-esperjenza unika.

Grazzi għal-numru ta sponsors it-tfal ġew mgħotija ukoll numru ta rigali.

Id-dawra ħadiethom lejn l-Mrieħel, Ħ’Attard, Mgarr, Għajn Tuffieħa, San Pawl u spiċċat fejn l-Aquarium Nazzjonali fil-Qawra. Hawnhekk fil-waqt li s-sewwieqa ħadu kafé u kellom ċans jgħaddu l-awguri tagħhom il-xulxin it-tfal u l-familji tagħhom kienu il-mistiedna speċjali tal-proprjetarji u il-ħaddiema tal-Malta National Aquarium.

Skond il-President ta Porsche Club Malta Andrew Spiteri, din kienet it-tieni s-sena li saret din l-attivita. Spiteri irringrazzja lill-Puttinu għax-“xogħol siewi u nobbli li jagħmlu” u appella għal-ġenerożita fejn esprima li saħansitra membru tagħhom is-sena l-oħra kien fl-istess attività u din is-sena qiegħed jagħmel użu mis-servizzi ta Puttinu.