Filmat: 34 suldat ġdid mal-Forzi Armati ta’ Malta

34 suldat ġdid, fosthom ħamsa nisa u sebgħa Għawdxin, issieħbu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Ir-reklutaġġ beda f’Novembru li għadda u tul dan il-perjodu r-rekluti għaddew minn taħriġ militari li jinkludi taħriġ fiżiku, taħriġ fl-użu tal-armi, u numru ta’ suġġetti oħrajn. Ir-rekluta Chris Cardona rebaħ l-unur tax-Shield tal-Best Recruit.

Waqt li indirizza lir-rekluti, il-Ministru Michael Farrugia qal li issa se jkunu qed jagħmlu parti mill-familja tal-armata u l-ħidma tagħhom hi importanti għas-sigurtà u għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Waqt id-diskors tiegħu, Farrugia faħħar l-inizjattiva li ħadu l-Forzi Armati ta’ Malta waqt il-hijack ta’ El Hiblu, u qal li jħossu onorat illi ministri u ambaxxaturi mill-Unjoni Ewopea għamlu kuntatt miegħu sabiex jirringrazzjawh tal-ħidma li għamlu l-armata ta’ Malta.