Aġġornata: Filmat: Raġel arrestat wara li pprova jisraq basket

Raġel ġie arrestat wara li pprova jisraq basket ta’ persuna f’Birkirkara.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ma rnexxilux jisraq lill-persuna l-oħra u l-ħalliel inżamm fuq il-post sakemm waslu l-pulizija.

Persuni li kienu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li raw għadd ta’ pulizija jwaqqfu lil tlett irġiel. Qalu li l-irġiel kienu jidhru li għandhom bejn 20 u 30 sena. Spjegaw li wara li ġew immanettjati żewġ persuni, il-Pulizija bdew tfittxija tal-kontenituri tal-iskart tal-inħawi.

“Inġema’ ħafna traffiku. Kien hemm ukoll xi erba’ karozzi tal-Pulizija” qalu x-xhieda. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4 pm.

Filmat fuq info@newsbook.com.mt