Filmat: 3 pazjenti taħt is-60 sena fl-ITU minħabba Covid-19

Read in English.

Tlett pazjenti taħt is-60 sena – inkluż persuna li għandha anqas minn 40 – qiegħdin jirċievu kura intensive minħabba l-Covid-19.

Fl-aħħar edizzjoni tal-konferenza tal-aħbarijiet li tagħti kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li hemm 9 pazjenti bil-Covid-19 li qed jirċievu kura intensiva.

Dawn jinkludu persuna li l-età tagħħa hi bejn 35-39 u tnejn ta’ bejn 55-59. Tlett pazjenti għandhom bejn 65 u 69 sena, filwaqt li tlieta oħra għandhom bejn 70 u 75.

Gauci ma qalitx jekk it-tlett pazjenti taħt is-60 sena kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjiri.

Malta rraprutat 75 każ ġdid ta’ Covid-19 nhar il-Ġimgħa, l-ogħla numru ta’ każijiet ġodda fi 3 ġimgħat. L-aħħar darba li kienu rrapurtati daqshekk każi kien fis-16 ta’ Settembru, meta ġew skoperti 106 każ ġdid.

Sas-16 ta’ Settembru, il-pandemija kienet ikkawżat 16-il mewt f’Malta, imma minn dak iż-żmien, ikkawżat il-mewt ta’ 25 persuna oħra.

Malta qed tirrapporta waħda mill-ogħla rati ta’ mwiet bil-Covid-19 fl-Ewropa. Skont l-aħħar figuri taċ- Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), Malta bħalissa għandha it-tielet ogħla rata ta’ mwiet fl-Unjoni Ewropea, wara Spanja u r-Rumanija.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.