Filmat: 3 krejnijiet fi triq; residenti urtati

Residenti ta’ San Pawl il-Baħar qegħdin jilmentaw b’kif il-lokalità tagħhom ġiet miżgħuda bil-krejnijiet, kollha bil-permess tal-Kunsill Lokali.

Fi triq minnhom hemm 3 krejnijiet, skont ma kitbet residenta minnhom fuq il-midja soċjali:

“Just got out of our garage …. how am i supposed to go to work with 3 cranes in the same street ? U allajbierek kollha bil permess tal kunsill ta san pawl”

Aktar kmieni dan ix-xahar, residenta oħra lmentat fuq in-numru ta’ sulari eċċessiv li qed jinbena f’din il-lokalità.

It’s unacceptable that works in Triq San Xmun start at 6;45 am!! We don’t have the right to sleep ?!?! And how come you…

Posted by Stefania Ditrani Seychell on Monday, July 2, 2018

Newsbook.com.mt għamel diversi tentattivi biex jikkuntattja lill-Kunsill, iżda kien kollu ta’ xejn. Newsbook.com.mt qed jistenna risposta għal xi mistoqsijiet li bagħat.

Fi stqarrija, il-Partit Demokratiku wera tħassib fuq il-veduta tas-sema f’Malta, li aktar ma jmur, aktar qed tgħib wara l-guffaġni tal-krejnijiet, partikolarment fiż-żona ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira.

Il-PD sostna li ġaladarba f’postijiet hekk, se jingħataw permessi għal bini għoli, se jibdew jingħataw permessi għal bini għoli fi kwalunkwe lokalità.