Filmat: 3 Imħallfin ġodda; Għawdex jibqa’ jistenna

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-wiegħda elettorali li f’Għawdex ikun hemm Imħallef se tiġi implimentata fix-xhur li ġejjin.

Bonniċi qal li qabel din il-wiegħda, kien hemm tliet punti li l-Gvern ried jindirizza b’mod immedjat. Fost dawn kien hemm li jiżdiedu r-riżorsi fil-Qorti tal-Familja u qal li għalhekk in-numru ta’ Imħallfin li se jippresiedu fuq din il-Qorti se jitla’ għal tlieta. Newsbook.com.mt staqsa dwar jekk f’Għawdex hux se jkun hemm Imħallef wieħed biss biex jara l-każijiet li jinqalgħu.

Wara l-ġurament tal-ħatra tal-Imħallfin u tal-Maġistrati l-ġodda, Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Ministru Bonnici.