Filmat: 3 gruppi ta’ immigranti jħallu Malta

Read in English.

Tliet gruppi ta’ immigranti ħallew Malta biex jiġu rilokati fil-Ġermanja, il-Litwanja u r-Rumanija. Fi stqarrija l-Gvern qal li dawn l-immigranti kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta fi tliet każi separati.

L-ewwel salvataġġ seħħ fit-23 ta’ Awwissu meta 356 immigrant tħallew bejn sema u ilma għal 13-il jum abbord l-Ocean Viking. Il-Gvern jgħid li Malta intervjeniet wara ftehim mal-Kummissjoni Ewropea u numru ta’ stati membri, bil-kundizzjoni li l-immigranti abbord il-vapur jiġu rilokati fi stati membri differenti.

L-AFM se ddaħħal l-immigranti abbord l-Ocean Viking

Iż-żewġ każi l-oħra ta’ salvataġġ mill-AFM saru fl-4 ta’ Awwissu u fl-10 ta’ Settembru. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, Malta qablet li tkun parti mis-soluzzjoni Ewropea wara li żviluppat sitwazzjoni umanitarja.

Se jiddaħħlu Malta l-immigranti tal-Alan Kurdi

L-immigranti kollha kienu assistiti mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni (IOM) u uffiċjali mill-ambaxxati rispettivi.