Aġġornata: 29 persuna jmutu fuq xarabank tat-turisti f’Madeira

Xarabank tat-turisti waqgħet minn fuq it-triq u nqalbet fil-gżira Portugiża ta’ Madeira. Minn tal-inqas disa’ u għoxrin persuna mietu u seba’ u għoxrin oħra ndarbu.

Skont il-BBC, l-imwiet ġew ikkonfermati minn Lusa, l-aġenzija nazzjonali tal-aħbarijiet. L-istess aġenzija rrappurtat kif ix-xufier tilef il-kontroll tax-xarabank fuq triq li ma kinitx dritta u l-vettura waqgħet ‘l isfel ħdejn dar.

Il-gazzetta Ġermaniża Bild qalet li t-turisti abbord kienu Ġermaniżi rtirati fil-Portugall. Intqal li l-inċident bix-xarabank seħħ fir-raħal qrib il-kosta Canico u fuqha kien hemm 55 persuna.

Il-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi lill-Kanċellier Ġermaniż Angela Merkel.

Filmat: José Miguel Sardo