Filmat: 25 gamiema maqbuda u rritornati lura fis-selvaġġ

Ilbieraħ, il-Kumitat Kontra l-Moħqrija tal-Annimali (CABS) skoprew gaġġa illegali tal-gamiem viċin l-Għarb f’Għawdex.
Il-gaġġa kellha fiha 25 gamiema ħajja.
Wara, il-gamiem kienu kkonfiskati u rritornati lura fis-selvaġġ mill-Pulizija t’Għawdex.
CABS faħħret l-awtoritajiet għall-għajnuna immedjata tagħhom f’dan il-każ.
Il-filmat, li ġie ppubblikat minn CABS stess, juru gamima li ġie sparat tir f'Ħal Safi, u li nstab imur nhar il-Ġimgħa filgħodu.
Il-gamiem ma jistgħux jiġu kkaċċjati jew maqbuda fir-Rebbiegħa.