Filmat: 21 sena ilu bdiet l-Istrina

Kif ħabbarna ftit jiem ilu, bosta artisti ngħaqdu flimkien biex flimkien irrekordjaw il-kanzunetta ta’ din is-sena ta’ L-Istrina, li din is-sena ġġib l-isem ta’ L-Istrina Jiena u Int.

L-istrina Jiena u Int

This year DJs Joseph Armani and Toby Farrugia have teamed up with author Joe Julian Farrugia and composed a new song ‘L-Istrina Jiena u Int’, sung by Gaia Cauchi, Kevin Paul Calleja, Glen Vella & Federica Falzon.

Posted by L-istrina on Wednesday, December 18, 2019

Gaia Cauchi, Kevin Paul Calleja, Glen Vella u Federica Falzon ingħaqu ma’ Joseph Armani u ma’ DJ Toby biex iwasslu din il-kanzunetta miktuba minn Joe Julian Farrugia.

Filwaqt li l-preparamenti għaddejjin ġmielhom biex anki din is-sena l-għada tal-Mileid tkun festa ta’ solidarjetà, tajjeb niftakru wkoll l-għeruq ta’ dan il-jum.

Kollox kien beda 21 sena ilu.

Żgur li waħda mill-aktar melodiji magħrufa magħkom lkoll hija t-tema “Flimkien b’Solidarjeta'” – li tiġbor fiha propju it-tifsira ta’ dan il-jum, fejn lkoll kemm aħna ningħaqdu flimkien, biex nuru solidarjetà.

Flimkien b'Solidarjeta'

Bħal lum xahar eżatt, L-Istrina, l-għada tal-Milied. Żgur li waħda mill-aktar melodiji magħrufa magħkom lkoll hija t-tema "Flimkien b'Solidarjeta'" – li tiġbor fiha propju it-tifsira ta' dan il-jum, fejn lkoll kemm aħna ningħaqdu flimkien, biex nuru solidarjeta'. Niltaqgħu bħal lum xahar!

Posted by L-istrina on Friday, November 23, 2018

Din is-silta kienet miktuba minn Joe Saliba u Vince Fabri.

Tiftakruha?