Filmat: 21 lokalità bil-logħob tan-nar biex jiċċelebraw il-ftuħ tal-ajruport

31 kamra tan-nar minn 21 lokalità differenti llejla qegħdin itellgħu spettaklu bil-logħob tan-nar sabiex jiċċelebraw il-ftuħ tal-ajruport.

Illum l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fetaħ il-bibien tiegħu mill-ġdid wara xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

L-avveniment kellu jibda fit-8.30pm.

Il-lokalitajiet li qegħdin jieħdu sehem huma l-Għargħur, San Ġwann, Manoel Island, Żejtun, Għaxaq, iż-Żurrieq, il-Gudja, Ħal Luqa, Ħal Kirkop, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Lija, il-Mosta, ir-Rabat, l-Imġarr, in-Nadur, Sannat and San Lawrenz.

Sadattant, l-attivista tal-annimali Moira Delia kitbet fuq Facebook sabiex min għandu l-annimali joqgħod magħhom illejla peress li dawn jaf jitgerrxu mil-logħob tan-nar.

Ibagħtulna r-ritratti u l-filmati fuq info@newsbook.com.mt.