Filmat: 2 pulizija jiġbdu raġel iswed minn fuq żiemel f’Texas

Żewġ pulizija rekbin fuq iż-żwiemel kienu qed jiġbdu raġel iswed warahhom f’Texas. Wieħed minnhom qal lill-uffiċjal l-ieħor li x-xena kienet se tidher kerha.

Il-Pulizija ta’ Texas rilaxxat filmat tal-inċident li seħħ f’Galveston fl-Istati Uniti.

L-ispettaklu nġibed fuq body cameras li kienu lebsin iż-żewġ pulizija fit-3 ta’ Awwissu. Huma arrestaw lil Donald Neely minħabba trespassing. L-avukati tal-familja tiegħu qalu li l-pulizija lokali jafu li jbati minn mard mentalli u li ta’ spiss ikun rieqed fit-toroq.

Ritratt tal-arrest li nġibed minn persuna li nzertat fuq il-post beda jdur fuq il-midja soċjali u wassal għal ħafna rabja.

Il-pulizija kienu qed jużaw proċedura li tintuża’ meta ma jkunx hemm vettura li jkunu jistgħu jużaw għat-trasport.

F’mument minnhom, waħda mill-uffiċjali heddet li tkaxkar lir-raġel arrestat jekk ma joqgħodx ħdjeha.

Il-kummissarju tal-pulizija se jkun qed jiddeċiedi jekk għandhiex tittieħed xi azzjoni kontra l-uffiċjali.