Filmat: 2 persuni jindarbu gravi wara li sfrondat parti minn saqaf fl-Isla

Aġġornat 07:44 AM

Read in English.

Il-lejl li għadda ċediet parti minn saqaf ta’ kamra ta’ residenza fl-Isla, u ż-żewġ residenti weġġgħu gravi.

Dan ġara għall-ħabta tal-10.20pm fi Triq it-Tarzna.

Żewġ persuni, raġel ta’ 59 sena u mara ta’ 54 sena, kienu fl-istess kamra meta ċediet parti mis-saqaf tal-kamra.

Fuq il-post issejħet ambulanza, kien hemm uffiċjali tal-pulizija preżenti flimkien ma’ membri mill-Protezzjoni Ċivili.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li għandhom ġrieħi gravi.