Filmat: 2.5 miljun persuna fl-Ewropa b’xi kundizzjoni fl-imsaren

Il-Malta Association of Crohn’s & Colitis (MACC) hija assoċċjazzjoni li l-għan tagħha huwa li toffri riżorsi onlajn lil dawk kollha li jbatu bl-inflammatory bowel disease (IBD) li tiġbor fiha l-crohn’s disease u l-ulcerative colitis.

Dawn il-kundizzjonijiet kroniċi huma kkawżati minn infjammazzjoni tas-sistema diġestiva, mill-ħalq sar-rectum. L-IBD toħloq uġigħ u sensazzjoni ta’ ħruq, skumdità u tbatija fis-silenzju.

Sabiex ikun hawn iktar tagħrif dwar l-IBD, l-MACC nedew dan il-filmat bil-għan li jkun hawn iktar kuxjenza dwar l-IBD.

Madwar l-Ewropa 2.5 miljun persuna jbatu bl-IBD. Sal-lum kura għal din il-kundizzjoni għad m’hemmx, madankollu s’issa jistgħu jiġu trattati s-sintomi biss. L-iktar sintomi komuni huma għejja, żjajjar frekwenti fit-toilet, nuqqas ta’ konċentrazzjoni u tibdil fill-burdati.

Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna tal-MACC billi jagħfas hawn.