Filmat: 170 student għadhom bla trasport

Mill-bidu tas-sena skolastika s’issa 170 student għadhom bla trasport tal-iskola. Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta mistoqsi minn Newsbook.com.mt.

F’Settembru li għadda n-numru kien ta’ 829 student kienu bla trasport, bil-Ministru Bartolo jgħid li fil-bidu kien hemm 1,900 student għadhom qegħdin jistennew. Fit-tweġiba tiegħu lil Newsbook.com.mt, il-Ministru għall-Edukazzjoni sostna li filwaqt li 170 mhux numru daqstant kbir, xorta qegħdin jagħmlu dak kollu li jistgħu biex issibulhom trasport. Huwa qal ukoll li filwaqt li kien jirnexxillhom jgħaqqdu numru, kienu qed jirċievu applikazzjonijiet ġodda.

Il-Ministru Bartolo kien mistoqsi wkoll minn midja lokali jekk hux se jingħata kumpens lil dawk il-ġenituri li niktbu iżda spiċċaw jistennew it-trasport, bil-Ministru jwieġeb li dan mhux qed jiġi kkunsidrat.

AQRA: Bla trasport 829 student ta’ skejjel mhux tal-Gvern

L-iskema tat-trasport għall-istudenti b’xejn minn din is-sena skolastika tħabbret is-sena l-oħra.

AQRA: Trasport għall-iskejjel kollha; ġenituri jiffrankaw €700 fis-sena

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni kien dak iż-żmien ħabbar uffiċjalment il-qbil bejnu u bejn 18-il operatur tat-trasport għal trasport b’xejn mis-sena skolastika li jmiss, ftehim li hu mistenni jiffranka €700 fis-sena lill-ġenituri.

AQRA: Jiftiehmu: It-tfal kollha bi trasport b’xejn għall-iskola

Filmat: Luke Zerafa