Filmat: 16-il persuna b’taħriġ mal-LESA

16-il-Persuna bdew it-taħriġ tagħhom sabiex ikunu jistgħu jingħaqdu mal-uffiċjali tal-komunità. F’dan it-taħriġ, li se jdum għaddej disa’ ġimgħat, ir-rekluti se jkunu qed jirċievu taħriġ kemm teoretiku kif ukoll prattiku. F’Mejju li ġej 11-il persuna oħra se jkunu qed jibdew dan it-taħriġ u fiż-żmien li ġej se jkun hemm sejħa oħra għall-iktar rekluti.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru l-Akkademja għall-Korpi Iddixxiplinati.

Il-Ministru Michael Falzon qall li huwa importanti li jkun hemm koperazzjoni bejn setturi differenti bħal ma ġara f’dan il-każ li l-Akkademja għall-korpi Ddixiplinati laqgħet lill-uffiċjali tal-LESA għat-taħriġ. Semma li l-uffiċjali tal-komunità għandhom jaħdmu id f’id mal-Pulizija f’dak li għandu x’jaqsam mal-osservazzjoni tal-liġijiet tat-traffiku.

Il-Ministru Owen Bonniċi qal li l-uffiċjali tal-komunità għandhom irwol imporanti ħafna fis-soċjetà u dawn għandhom jingħataw l-għodda neċessarja sabiex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li l-għan l-ewlieni huwa li jkun hawn iktar serjetà fl-infunzar iżda wkoll aktar sens ta’ sensibilità.

Dan it-taħriġ huwa parti mir-riforma li qed issir f’dan is-settur. Fl-1 ta’ Mejju, 2018 il-gwardjani lokali ġew trasferiti taħt dipartiment magħluq mal-Aġenzija Governattiva, LESA. Aktar ‘il quddiem inbidel isem minn gwardjani lokali għall-uffiċjali tal-komunità.

Ara: Uniformijiet ġodda għall-gwardjani

F’Jannar li għadda ġew inawgurati wkoll l-uffiċini l-ġodda tal-LESA fil-Fgura.

Ara: Il-gwardjani lokali se jaħdmu mill-Fgura

Filmat: Miguel Xuereb