Filmat: 1,500 xemgħa fuq iz-zuntier ta’ Sant’Elena

Ġew mixgħula ‘l fuq minn 1,500 xemgħa fuq iz-zuntier tal-Kolleġġjata Bażilka ta’ Sant’Elena.

Ix-xemgħat sofor u ħomor jiffurmaw l-emblema ta’ Birkirkara. Dawn ix-xemgħat ġew mixgħula f’Jum Birkirkara li jiġi ċċelebrat fil-5 ta’ Diċembru. Din l-inizjattiva kienet tal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.