Filmat: 15-il sena ilu l-PL qal lin-nies ma jivvotawx – Zammit Dimech

Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech qal li 15-il sena ilu l-Partit Laburista kien qed jagħti pariri lin-nies biex ma jivvutawx fir-referendum li wassal biex Malta tissieħeb mal-UE.

Waqt sensiela ta’ intervisti ma’ diversi kandidati għall-Elezzjonijiet tal-PE, Zammit Dimech qal li llum il-ġurnata l-poplu Malti japprezza s-sħubija ta’ Malta fi ħdan l-UE.

Zammit Dimech semma kif l-Ewropa tejbet l-istandards tal-kura tas-saħħa u tax-xogħol. Qal li daħlet regola li jekk ħaddiem jiġi ordnat jagħmel taħriġ mandatorju, l-ispejjeż iridu jitħalsu minn min iħaddem.

Zammit Dimech qal li għamel inqas minn sentejn bħala MEP fl-aħħar ċiklu u li fadallu ħafna x’jagħmel jekk jerġa’ jiġi elett. Qal li kien qed jagħti attenzjoni speċjali fuq is-saħħa, tant li n-nies bdew jassoċjawh aktar ma’ dak is-settur milli ma’ dak legali.

Tista’ taqra aktar dwar il-kampanja elettorali minn hawn.