Filmat: 14 arrestati fl-Italja dwar finanzjament għat-terroriżmu

Fl-Italja ġew arrestati 14-il persuna akkużati li qed jgħinu finanzjarjament lill estremisti vjolenti fis-Sirja.
Is-suspettati kienu jappartjenu għal żewġ gruppi separati, wieħed fil-Lombardija u l-ieħor f'Sardinja, li t-tnejn li huma kienu ssuspettati li jappoġġjaw lill-Front Al-Nusra, organizzazzjoni Jihadista magħrufa wkoll bħala Al-Qaeda fis-Sirja.
Il-ħidma tal-Guardia di Finanza u l-Pulizija Taljana wasslet biex saru madwar 20 rejd f’diversi reġjuni Taljani fosthom fil-Lombardia, Veneto, Emiglia-Romagna u f’Sardinja.
Huma ġew arrestati wara investigazzjoni li kixfet evidenza ta' ħasil tal-flus u użu ħażin ta' servizzi ta' ħlas fl-Italja, l-Iżvezja, l-Ungerija, it-Turkija u pajjiżi oħra.
Mill-inqas tnejn mill-akkużati huma allegati li ġabru flus mill-komunità lokali biex jibagħtuhom lill-Jihadists fis-Sirja.
Il-BBC qal li t-trasferimenti tal-flus kienu ta’ “mijiet ta’ eluf ta Ewro” b’sorsi jgħidu li uħud minnhom kienu akbar minn €2m.