Filmat: 13-il nassab għall-Qorti, identifikati 41 sit illegali

13-il nassab se jitressqu l-Qorti wara li voluntiera tal-CABS identifikaw 41 sit illegali għall-insib.
Fi stqarrija l-CABS qalet li fl-aħħar tliet ġimgħat voluntiera tagħha kienu qed jissorveljaw inħawi madwar Malta u Għawdex.
10 min-nassaba huma Għawdxin u nqabdu fil-fatt mill-pulizija jew ġew identifikati mir-ritratti u l-filmati miġbuda minn osservaturi tal-għasafar.
Il-CABS qalet li ffukat il-ħidma tagħha fuq Għawdex minħabba n-nuqqas ta’ preżenza ta’ uffiċjali tal-ALE wassal għal żieda fl-insib illegali.