Filmat: 115-il tabib ġdid fis-saħħa pubblika

115-il tabib li ggradwaw mill-Università ta’ Malta din is-sena bdew joffru s-servizzi tagħhom fis-sistema tas-saħħa pubblika.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa’ ma’ wħud minn dawn it-tobba ġodda fl-Isptar Mater Dei fejn awguralhom għas-suċċess tagħhom wara snin ta’ studju u sagrifiċċji. Huwa tkellem dwar l-importanza li t-tobba jkomplu bl-istudji u jispeċjalizzaw sabiex ikomplu joffru l-aqwa servizz lill-pażjenti.

“Is-sistema tas-saħħa tagħna hija fost l-aqwa fl-Ewropa grazzi għall-entużjażmu tal-professjonisti tagħna, u għandna nkunu kburin bihom,” qal id-Deputat Prim Ministru.

Mill-2018 ’l hawn ingħaqdu ’l fuq minn 350 tabib ġdid fis-servizz tas-saħħa pubblika.