Filmat: 11 arrestati; “rewwixta f’Ħal Safi”

Read in English.

11-il persuna ġew arrestati hekk kif skont il-Pulizija kienu qed jagħmlu rewwixta fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li marru fuq il-post għall-ħabta tan-12.30pm, wara li ġie nnutat ammont kbir ta duħħan iswed. Hemmhekk sabu li “kienet tqabbdet tinda u saret xi ħsara fil-post waqt li kienet qed issir rewwixta minn grupp ta’ immigranti irregolari”. Il-Pulizija qalet ukoll li kuntistabbli ntlaqat minn biċċiet tal-ħadid li kienu qed jitwaddbu mill-immigranti. Il-kuntistabbli ttieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.