Filmat: 1,000 fjakkla jdawlu l-pjazza tas-Siġġiewi waqt il-Mixegħla llejla

Illejla waqt Ħamis ix-Xirka, il-pjazza ta’ San Nikola fis-Siġġiewi se tiddawwal b’mixegħla li turi x-xena tas-Salib. Din il-mixegħla artistika tinvolvi madwar 1,000 fjakkla.

Il-Mixegħla hija organizzata mill-grupp tal-armar tas-Siġġiewi ‘6 ta’ Diċembru’, filwaqt li l-attività tas-salib hija organizzata mill-Każin Banda San Nikola. Ħdejn is-Salib tal-Għolja għandu jkun hemm madwar 2,000 fjakkla mixgħula.

Il-Mixegħla fis-Siġġiewi ilha ssir għal madwar 9 snin – xogħol li jitlob ħafna preparamenti minn ferm qabel, li saħansitra jibda minn wara l-festi tal-Milied. Carmel Schembri mill-grupp tal-armar spjega ma’ Newsbook.com.mt kif din l-ewwel tinħadem fuq pjanta bid-disinn u wara jsiru l-fjakkli.

L-attività tibda fi nżul ix-xemx u tibqa’ sejra sa madwar nofsillejl.

Filmat ta’ Miguela Xuereb.