Filmat: 100 vuċi biex jitwassal messaġġ ta’ tama

Read in English.

100 student minn skejjel differenti tal-kant aċċettaw li jieħdu sehem fl-inizjattiva ta’ Ally-El Entertainment biex flimkien iwasslu messaġġ ta’ tama proprju fi żmien meta qed ngħixu ċirkostanzi differenti minn tas-soltu kaġun tal-COVID-19.

Dawn il-kantanti semmgħu l-vuċi tagħhom minn ġo djarhom hekk kif kollha bagħtu l-filmat biex inħolqot medley ta’ We Are the World u Heal The World.

Apparti l-messaġġ ta’ tama li teżisti fil-lirika taż-żewġ kanzunetti, dawn il-100 kantant riedu wkoll iwasslu messaġġ li anki jekk nibqgħu fid-dar nsitgħu xorta waħda nkun unità bħala poplu u fl-istess waqt nagħmlu l-affarijiet li nħobbu nagħmlu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.  Fil-każ tagħhom huma wrew li l-mużika tgħaqqadhom, anki jekk ġejjin minn skejjel differenti tal-kant.

Interessanti li fil-filmat naraw kantanti tfal ta’ etajiet differenti, b’uħud minnhom li għad għandhom 4 snin u li wkoll qed jifhmu l-ħtieġa li jwasslu dan il-messaġġ ta’ tama.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn