Filmat: 100 sodda għal kura tas-saħħa mentali f’Mater Dei – Fearne

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern identifika sit fi ħdan Mater Dei stess biex tinbena faċilità b’100 sodda għal pazjenti tal-kura tas-saħħa mentali.

Fearne qal li l-Gvern se jixtri s-servizzi tal-NGOs li huma disponibbli li jagħtu s-servizzi tas-saħħa mentali fi ħdan il-komunità. Huwa qal li bħalissa l-Gvern qiegħed ukoll jiddiskuti mad-dipartiment tal-artijiet biex tinbena l-faċilità.

Dwar l-Isptar Monte Karmeli Fearne qal li l-pjan tal-Gvern huwa “aggressiv” u l-isptar għandu jkun sigur kemm għall-pazjent kif ukoll għall-infermiera. Ix-xogħol għandu jitlesta fi żmien ħames snin skont Fearne u se jiswa €30 miljun.

Fearne spjega li l-Gvern se jimplimenta pjan ta’ strateġija tas-saħħa mentali mill-2020.