Filmat: Tiftakarhom it-twiebet jgħumu f’Ħal Qormi?

Bħal lum disa’ snin ilu, dehru żewġ twiebet jgħumu fl-ilmijiet ta’ maltempata f’Ħal Qormi.

Dan wara li kien għereq maħżen ta’ ħanut li jagħti servizzi tal-funerali. Sentejn wara, huwa kien fetaħ protest ġudizzjarju fil-Qorti jistaqsi għall-kumpens minħabba l-ħsarat li ġarrab wara l-maltemp.

Fil-Qorti, huwa kien qal li mhux ġust li minħabba l-iżvilupp ta’ biċċa art, l-ilma flok kienet qed tixorbu l-ħamrija, kien qed jidħol fil-wied ta’ Ħal Qormi. Barra minn hekk, il-wied kien ġie elevat u b’hekk kien jiflaħ inqas volum. Dan kollu fisser li għereq il-maħżen tiegħu fejn kien iżomm affarijiet relatati mas-servizz tiegħu tal-funerali.

Il-Qorti kienet iddeċidiet li l-Awtorità tal-Ippjannar setgħet għamlet proposti lill-Ministru dwar il-wied.

X’kien ġara?

Fl-2012, sar proġett ta’ kontra l-għargħar fil-Wied ta’ Ħal Qormi. Dan il-proġett kien taffa ħafna milll-inkwiet tar-residenti hekk kif sa ftit xhur qabel, l-ilma fil-wied kien ilaħħaq il-metru u nofs, b’konsegwenza li jidħol fid-djar u fil-garaxxijiet.

Aqra: Awdjo: Il-Qriema jirnexxilhom isalvaw mill-għargħar!

Fl-2018, sar proġett tal-bini ta’ storm water culverts f’Ħal Qormi.

Aqra: Kważi lest il-proġett f’Ħal Qormi biex jonqos l-għargħar

40 sena ilu…

Illum ġurnata partikolari mfakkra għall-maltempati kbar, hekk kif 40 sena ilu kien hawn l-ikbar maltempata li qatt rat Malta. 4 persuni kienu mietu bħala kaġun tal-għargħar.

The Maltese Islands were affected by the strongest storm in recent decades on 25th October 1979. That is exactly 40…

Posted by Maltese Islands Weather on Thursday, October 24, 2019

X’inhu t-tbassir tat-temp għal Ottubru?

Skont is-sit Maltese Islands Weather, mil-lum sal-aħħar ta’ Ottubru tista’ tagħmel x-xita kuljum. Iżda l-aktar li mistenni taħkem ix-xita hu nhar il-Ħadd u  t-Tnejn. It-temperaturi mistennija wkoll jinżlu b’mod konsiderevoli.

Aqra: Tista’ tagħmel xita kuljum sal-aħħar tax-xahar