Filmat: 10 persuni jmutu fi splużjonijiet fil-metro ta’ San Pitruburgu

Minn tal-inqas għaxar persuni mietu u 50 indarbu f’żewġ splużjonijiet fi stazzjonijiet tal-ferroviji f’San Pitruburgu, fir-Russja.
Rapporti internazzjonali wrew għadd ta’ ritratti tal-bibien tal-ferroviji jisplodu u diversi nies midruba fl-istazzjon.
Midja lokali rrapurtat li tliet stazzonijiet ingħalqu bħala sigurtà.
Intant il-President Russu Vladimir Putin qal li għaddejjin l-investigazzjonijiet u mhux jeskludu li dan kien xi attakk terroristiku.