Filmat: $10 miljuni għal kull waħda biex jerġgħu jaħdmu flimkien

Sex & The City
Cynthia Nixon, Kristin Davis u Sarah Jessica Parker ta' Sex & The CityCynthia Nixon, Kristin Davis u Sarah Jessica Parker ta' Sex & The City

Sarah Jessica Parker, Cynthia Nixon u Kristin Davis se jkunu qed jerġgħu jingħaqdu flimkien biex iwasslu stejjer ġodda bil-karattri li kienu għamluhom popolari fis-sensiela Sex & The City.

Is-serje l-ġdida se jkun jisimha And Just Like That, vers li spiss kienet tgħid Carrie Bradshaw fis-serje oriġinali.

Cynthia Nixon (Miranda) u Kirsten Davis (Charlotte) se jkunu qed jirritornaw f’dawn l-10 episodji l-ġodda li se jibdew jinħadmu mir-Rebbiegħa ta’ din is-sena. Skont rapporti mir-rivista influwenti Variety, dawn it-tlieta se jkunu qed jitħallsu s-somma fenomenali ta’ miljun dollaru għal kull episodju. Dan is-salarju se jkun mhux biss biex jirreċtaw iżda biex iservu ta’ executive producers fuq l-istess sensiela.

Nieqsa mis-sensiela se jkun hemm Kim Cattrall, magħrufa għall-karattru ta’ Samantha. Cattrall ilha ftit snin mhux ħażin li kisritha mill-atturi l-oħra u saħansitra kienet ħarġet mill-proġett tat-tielet film għaċ-ċinema b’konsegwenza li dan qatt ma nħadem.

Chris Noth, magħruf bħal Mr. Big, għadu mhux ikkonfermat li se jkun parti mill-cast ta’ din is-serje ġdida.

Sex and the City kienet tixxandar bejn l-1998 u l-2004 u nħadmu żewġ films għaċ-ċinema fl-2008 u fl-2010.

Biex jibdew jinku l-isegwaċi ta’ Sex and the City u jħajjruhom isegwu s-serje l-ġdida, diġà tneida l-ewwel trailer għal Just Like That… The Story Continues.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn