Filmat: 1,2,3… u l-pakkett isib ruħu fil-gallarija!

Mal-wieħed, tnejn, tlieta, Paċikk jaqbeż mit-tieqa. Imma dalgħodu fis-Siġġiewi, kurrier intlemaħ jipprova għal darba darbtejn iwassal il-pakkett fil-gallarija, u rnexxielu mat-tielet darba!
Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-kurrier daqq il-qanpiena u ma sab lil ħadd id-dar, u bi struzzjoni tal-klijent, kien daqsxejn avventuruż, u pprova jitfa’ l-pakkett fil-gallarija…. u fl-aħħar irnexxielu!
Ma’ Newsbook.com.mt, rappreżentanta ta’ kurrier ewlieni f’Malta qalet li normalment meta ma jsibu lil ħadd id-dar, il-kurriera jħallulhom nota, imbagħad aktar tard tintbagħat imejl lill-klijent. Madanakollu, jekk il-klijent ikun jixtieq mod ieħor, saħansitra jekk iħallihulu wara l-bieb, ma jsibux oġġezzjoni. 
Int x’tippreferi? Tmur għall-pakkett il-posta jew għand il-kurrier jew issibu frisk frisk fil-gallerija? 
Filmat fuq: info@newsbook.com.mt