Filmat: Film Malti fil-festival tal-Films tal-Poeżija f’Berlin

Night-time at the Station Trailer

This Friday Take 2 Entertainment screens its latest short film for the first time Malta Mediterranean Literature Festival 2018. Based on a poem by Oliver Friggierii: Il-Lejl f'Dan l-Istazzjon. A big thank you goes to Inizjamed and all the cast and crew!Ileana Cutajar Mikhail Basmadjian Matteo Calleja Tonna Rene Barun Matthew Sant Sultana Victoria Pisani Joanne Busuttil Claire Marie Busuttil Carlos Debattista Abigail Mallia Mirko Galea Wejza Oblangado Julian Calleja Janika Laudi Yoran Zammit Giovan Baldacchino

Posted by Take//Two on Thursday, August 23, 2018

Għall-edizzjoni li jmiss tal-Festival tal-Films tal-Poeżija taż-Zebra li se jsir fil-Kino in der KulturBrauerei f’Berlin se jkun hemm il-film qasir tal-kumpanija Take Two bl-isem Nighttime at the Station ispirat mill-poeżija Il-Lejl F’Dan L-Istazzjon ta’ Oliver Friġġieri.

Fil-poeżija tiegħu Il-Lejl F’Dan l-Istazzjon, Friġġieri juri vjaġġatur li jasal tard fl-istazzjon u jara l-aħħar ferrovija titlaq u tgħib fid-dlam tal-lejl. Abigail Mallia fil-viżjoni tagħha bħala direttur tuża din in-narrattiva biex tibni fuq livell metaforiku u tesplora t-temi tat-tfulija, in-nostalġija u t-tifsira.

B’appoġġ minn Inizjamed, f’dan il-film ta’ madwar 20 minuta jieħdu sehem Ileana Cutajar, Mikhail Basmadjan, Matthew Sant Sultana, Matteo Calleja Tonna, Rene Barun, Victoria Pisani, Joanne Busuttil u Claire Marie Busuttil. Il-kitba hija ta’ Carlos Debattista filwaqt li d-direzzjoni hija ta’ Abigail Mallia.

Il-festival tal-films f’Berlin se jsir bejn id-19 u t-22 ta’ Novembru.