Film maħdum Malta jasal fuq Netflix

Għada t-Tnejn fuq il-pjattaforma Netflix se jasal il-film Paul Apostle of Christ li kien inħadem Malta. Kien inħareġ fiċ-ċinema f’April 2018.

Film dwar San Pawl li minn persekutur tal-Insara sar wieħed mill-aktar appostli ta’ Kristu li xerrdu t-tagħlim tiegħu ’l bogħod mill-Art Imqaddsa, fosthom Malta, fejn inħadmet parti minnu. Il-film ħareġ is-sena l-oħra b’Jim Caviezel, James Faulkner u Oliver Martinez.

Il-film jinkludi s-seham tal-Maltin Manuel Cauchi, Christopher Dingli, Edward Mercieca u Erica Muscat.

Fuq Netflix b’mod regolari jkun hemm produzzjonijiet ġodda għal din il-pjatatfroma u llum il-Ħadd se tkunu tistgħu tibdew taraw ukoll il-film What a Girl Wants

Dan hu film mill-2003 dwar teenager Amerikana li f’daqqa waħda tiddeċieda li tkun trid tiltaqa’ ma’ missierha li jkun jgħix l-Ingilterra u li hi qatt ma tkun ratu. Meta tmur hemm issib li dan ikun Lord, ta’ klassi għolja, li jkun qed jipprova jilħaq Ministru. Ir-raġel, minn naħa tiegħu, lanqas ikun jaf li t-teenager hija bintu. Jaħdmu Colin Firth u Amanda Bynes.