Film maħdum f’Malta llejla fuq Rai Uno

Illejla fid-9.20pm l-istazzjon Taljan Rai Uno se jkun qed ixandar il-film Murder on the Orient Express li kien ħareġ fl-2017 u li partijiet minnu kienu nħadmu Malta. Kienu ntefqu $55 miljun biex sar imma fil-box office daħħal $352.8 miljun.

Il-film huwa bbażat fuq ir-rumanz ta’ Agatha Christie tal-istess isem  li fih id-detective Belġjan Hercule Poirot jitla’ fuq il-ferrovija fuq vjaġġ madwar l-Ewropa. 

Waqt li jkun abbord jiltaqa’ ma’ numru ta’ karattri strambi fosthom Samuel Rachett, li jitlob lid-ditektif biex ikun il-bodyguard tiegħu. Poirot ma jaċċettax u l-għada Rachett jinstab maqtul b’daqqa ta’ sikkina.

Kenneth Branagh, li interpreta l-parti ta’ Poirot u dderieġa l-film, kellu ismijiet kbar għad-dispozizzjoni tiegħu. Fil-kast insibu lil Penelope Cruz, Dame Judi Dench, Michelle Pfeiffer u Johnny Depp.