Film maħdum f’Malta dwar il-ħajja ta’ Ġesù

Jeremy Sisto fix-xena tal-aħħar tal-film Jesus, maħdum f'Malta

Illejla fid-9.25pm l-istazzjon Taljan Rai Uno se jkun qed ixandar il-film Jesus tal-1999. Dan il-film kien inħadem fil-Marokk u f’Malta u fil-partijiet ewlenin jaħdmu Jeremy Sisto bħala Ġesù, Jacqueline Bisset bħala Marija, omm Ġesù, u Debra Messing (Will & Grace) bħala Marija Maddalena.

Jidhru wkoll Luca Zingaretti (Il Commissario Montalbano), Elena Sofia Ricci, Stefania Rocca, Gabriella Pession, Luca Barbareschi u Claudia Amendola, kif ukoll Jeroen Krabbé bħala Satana u Gary Oldman bħala Pilatu.

Il-film iwassal il-ħajja ta’ Ġesù fl-umanità sħiħa tieħu, inkluż it-tentazzjoni ta’ Satana.

Jitwasslu wħud mill-miraklu li huwa wettaq kif ukoll il-mumenti ta’ talb u l-missjoni biex iwassal il-kelma ta’ Alla. Fil-film jispikka wkoll il-fatt li hu kien irrifjuta l-imħabba ta’ mara waqt li aċċetta r-rieda ta’ Alla u ssallab fuq is-salib bħala sinjal ta’ salvazjonni għal kulħadd.

Il-film kellu direzzjoni ta’ Roger Young.