Film dwar l-istorja vera ta’ Padre Pio fuq Rai Tre

Padre Pio film

Fuq l-istazzjon Rai Tre għada l-Ħamis 24 ta’ Diċembru u l-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru l-istazzjon Taljan Rai Tre se jkun qed ixandar f’żewġ partijiet il-film Padre Pio – Tra Cielo e Terra, produzzjoni tas-sena 2000 b’direzzjoni ta’ Giulio Blasé. Il-film hu bbażat fuq ir-rekords storiċi u x-xhieda personali ta’ sħabu l-patrijiet, din hija l-istorja vera tal-għaġeb tal-ħajja tal-famuż patri stigmatiku, San Padre Pio, qaddis kontemporanju li miet fl-1968.

Imbierek b’rigali spiritwali inkredibbli, inkluż fejqan, ikun f’aktar minn post wieħed fl-istess waqt, qari ta’ erwieħ u l-feriti stigmatiċi, Padre Pio kien xhud qawwi għal Kristu u gwida spiritwali kbira għal għadd ta’ erwieħ għal aktar minn 50 sena.

Iffilmjat fuq il-post fl-Italja, bl-attur Michele Placido f’wirja kommoventi, dan il-film jirrakkonta l-istorja kollha tal-patri minn San Giovanni Rotondo, post fejn miljuni ta’ pellegrini issa jmorru kull sena biex iżuru l-qabar ta’ Padre Pio.

Padre Pio – Tra Cielo e Terra jixxandar fuq Rai Tre fit-8.30am.