Film dwar il-qawmien ta’ Kristu se jiġi ffilmjat f’Malta

Se jiġi ffilmjat f’Malta, film ambjentat fl-ewwel seklu li fih se jieħdu sehem atturi stabbiliti.
Il-film bl-isem ta’ Clavius jirrakkonta l-istorja ta’ Ċenturjun li ntgħata l-ordni minn Ponzju Pilatu biex jistħarreġ l-għajdut dwar il-qawmien mill-mewt tal-Messija u jsib il-ġisem ta’ Ġesu biex iwaqqaf l-irvellijiet f’Ġerusalemm.
L-atturi ewlenin se jkunu Joseph Fiennes u Tom Felton taħt id-direzzjoni ta’ Kevin Reynolds, li fil-passat kien idderieġa l-film The Count of Monte Cristo, li kien iffilmjat f’Malta fl-2002.
Clavius se joħroġ fis-swali taċ-ċinema, s-sena d-dieħla u huwa wieħed minn sensiela ta’ films li se jiġu ffilmjati f’Malta u Għawdex.