Film dwar il-ħajja ta’ San Franġisk

Raoul Bova bħala Franġisku. Ritratt: Stefano Montesi / Photomovie / Uffiċju stampa: Mediaset

Illum fuq Canale 5 fl-4.10pm se jixxandar il-film mill-2001 dwar San Franġisk, parti maħduma minn Raoul Bova. L-istorja ta’ Francesco hi dwar iben in-negozjant għani Pietro di Bernadone u Madonna Pica, li jqatta’ t-tfulija u l-adolexxenza tiegħu fil-kwiet u l-ferħ, f’nofs festi u divertimenti oħra.

Darba minnhom, waqt li jkun kaċċa fil-foresta, jiltaqa’ ma’ Chiara li tkun qed tieħu ħsieb grupp ta’ lebbrużi. Huwa jimpressjonat ruħu ħafna bil-qawwa tal-moħħ tat-tifla.

Sadanittant tfaqqa’ rewwixta f’Assisi fejn in-nies komuni jkeċċu n- nobbli mill-belt. Huwa f’dan il-mument li Francesco jħoss sentiment ta’ solidarjetà u mħabba għal dawk l-iktar dgħajfa li jibda jikber u jissaħħaħ fih.

Minkejja t-talb ta’ ommu, Franġisku jitlaq għall-battalja meta l-armata ta’ Perugia tappoġġa n-nobbli kontra n-nies ta’ Assisi. Iżda matul il-ġlieda Francesco jinqabad u jispiċċa u maqful fil-ħabs ta’ Perugia.

Minbarra Raoul Bova f’dan il-film jieħdu sehem ukoll Amélie Daure, Gianmarco Tognazzi, Claudio Gioè, Paolo Briguglia, Mariano Rigillo, Erika Blanc u Sergio Romano. Id-direttur hu Michele Soavi.