Film dwar Il-ħajja ta’ Papa Ġwanni Pawlu II

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Illejla fid-9.30pm, l-istazzjon Taljan Canale 5 se jkun qed ixandar Karol: A Man Who Would Be Pope, il-bijografija tal-mibki Papa Ġwanni Pawlu II f’film magħmul għat-televiżjoni li kien koproduzzjoni Pollakka-Taljana, li ddebutta fit-televiżjoni Taljana fit-8 ta’ April, 2005.

Piotr Adamczyk jaħdem il-parti ta’ Karol Wojtyla. Il-film jibda bl-invażjoni Ġermaniża tal-Polonja, il-pajjiż fejn twieled, fl-1939. Karol, inkwetat għat-trattament brutali li ngħataw lill-ħbieb Lhud tiegħu, Karol idur lejn ir-reliġjon bħala mezz biex jagħmel differenza fid-dinja, u bl-għajnuna ta’ bosta individwi oħra li jaħsbuha bħalu, beda  reżistenza mhux vjolenti, iżda effettiva, kontra n-Nażista.

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Karol kien ordnat saċerdot fi tmiem il-gwerra u hawnhekk Karol isib ruħu jiġġieled forma oħra ta’ totalitarjiżmu bla Alla meta l-Komunisti ħatfu lill-Polonja. Fl-aħħar mill-aħħar, il-missjoni nobbli ta’ Karol Wojtyla tispiċċa meta kien elett bħala Papa Ġwanni Pawlu II fl-1978.

Minbarra Piotr Adamczyk jaħdmu wkoll Malgosia Bela u Raoul Bova.

Il-ġimgħa d-dieħla fl-istess ħin, Canale 5 mistenni jkun qed ixandar si-sequel Karol: The Pope, The Man.