Film dwar il-Beatles jixxandar illejla

Beatles
Ritratt: Lucky Red

The Beatles: Eight Days a Week huwa l-film li l-istazzjon Taljan Canale 5 se jkun qed ixandar illejla fil-11.20pm.

Dan il-film dokumentarju dwar il-grupp Ingliż The Beatles ħareġ erba’ snin ilu u jittratta l-karriera tagħhom mill-1962 sal-1966. B’hekk narawhom Paul McCartney, Ringo Starr, George Harrison u John Lennon sa mill-ewwel wirjiet tagħhom fil-Cavern Club ta’ Liverpool sal-aħħar kunċert li kienu taw f’San Francisco fl-1966.

Il-film kien ħareġ għall-pubbliku fil-15 ta’ Settembru 2016. Kien intlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku u fil-fatt kellu bost nominazzjonijiet u awards li jinkludu l-Best Documentary waqtu is-70th British Academy Film Awards u l-Outstanding Documentary or Nonfiction Special fid-69th Primetime Creative Arts Emmy Awards. Kien ir-rebbieħ għall-premju tal-Aqwa Film Mużikali fl-Emmy Awards fl-2017 Il-film għandu tul ta’ 97 minuta u sewa $5 biex sar iżda kellu dħul finali ta’ $12.3 miljun.

Il-film għandu direzzjoni ta’ Ron Howard.