Film b’direzzjoni Maltija nnominat għall-Emmy Awards

Il-film Time Tremors tad-direttur Malti Mario Philip Azzopardi ġie nnomiminat għal Emmy Awards mill-Akkademja Internazzjonali tal-Arti u x-Xjenza Televiżiva. Is-sena li għaddiet, Azzopardi dderiġa dan il-film fil-Canada.

B’kollox hemm 12-il nomina fi tliet kategorija differenti u l-premijiet u l-awards tal-Emmy Awards se jingħataw nhar it-tnejn 7 ta’ April.
Id-direttur Malti bħalissa jinsab f’Malta, jipproduċi xogħlijiet teatrali bħala parti mill-Istaġun Teatru Malti.