Filli jilagħbu l-futbol u f’daqqa waħda jinqatlu b’bomba

Dan kien it-tmiem ta’ ħajjet erbat itfal, ta’ bejn id-9 u l-11-il sena, li kienu fuq bajja bir-ramel ħdejn il-port ta’ Gaza.
L-attakk b’missila sparata minn bastiment Iżraeljan, laqat sebat itfal li kienu qed jilagħbu fuq ir-ramel.
Erbgħa mit-tfal inqatlu fl-attakk u tifel ieħor jinsab fil-periklu tal-mewt.
Ftit tal-minuti qabel, ġurnalista mill-istazzjoni NBC kien qed jilgħab il-futbol mat-tfal u ra l-attakk iseħħ quddiem għajnejh. Għexieren ta’ ġurnalisti oħra raw ukoll dak li ġara.