Il-Filippini: Joqtlu lis-Sindku waqt rejd tad-droga

Sindku Filippin li kien akkużat mill-President Rodrigo Duterte li kellu rabtiet mat-traffikar illegali tad-droga inqatel waqt rejd tal-Pulizija.
Reynaldo Parojinog, li kien is-Sindku tal-belt ta’ Ozamiz inqatel flimkien ma’ martu u 10 persuni oħra li kienu d-dar waqt li l-Pulizija wettqu r-rejd.
Uffiċjali tal-Pulizija sparaw fuq l-uffiċjali tas-sigurtà tas-Sindku wara li dawn fetħu n-nar fuqhom.
S’issa aktar minn 7,000 persuna inqatlu minn mindu l-President Duterte nieda l-gwerra kontra t-traffikar tad-droga fil-Filippini f’Lulju tal-2016.