Filipe Luis viċin li jingħaqad ma’ PSG

Id-difensur laterali Filipe Luis għad jonqsu sena fuq il-kuntratt tiegħu ma’ Atletico Madrid u skont il-gazzetta Spanjola El Mundo, Paris Saint Germain jinsabu viċin li jakkwistaw lill-eks plejer ta’ Chelsea.

Il-plejer ta’ 33 sena qatta’ seba’ snin ma’ Atletico Madrid iżda issa jista’ jkun li jitlaq lit-tim ta’ Diego Simeone wara li naqas milli jġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim mill-belt kapitali Spanjola. Rapporti ġewwa Spanja sostnew li Filipe Luis kien ferm diżappuntat li tħalla barra mill-iskwadra li ħarġet rebbieħa fuq Real Madrid fil-UEFA Super Cup bl-iskor ta’ 4-2.