Fil-Venezwela titkeċċa l-Prosekutur Ġenerali li kienet qed tinvestiga l-korruzzjoni

Il-Prosekutur Ġenerali tal-Venezwela qalet li ġiet imkeċċija mill-Assemblea l-ġdida minħabba li l-Gvern ried iwaqqaf l-investigazzjonijiet li kienet qed tagħmel dwar allegat ta’ korruzzjoni u abbużi fuq id-drittijiet umani.
Skont il-Qorti, Luisa Ortega, li minn segwaċi tal-President Nicolás Maduro saret tikkritikah, se tidher quddiem il-qorti b’allegazzjonijiet ta’ amministrazzjoni ħażina.
Sadanitant il-kap tal-Oppożizzjoni nħareġ mill-ħabs iżda għadu qed jinżamm arrestat id-dar. HUwa nżamm fil-ħabs erbat ijiem.
Dan wara li saret elezzjoni għal assemblea ġdida. L-elezzjoni ssejħet mill-President Maduro u l-għan ewlieni tagħha kien li jsir tibdil lill-Assemblea Nazzjonali, li hija mmexxija mill-Oppożizzjoni, billi jsiru emendi kostituzzjonali. Minkejja dan, l-Oppożizzjoni bbojkottjat din l-elezzjoni, u magħha ngħaqdu anki l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Kolombja, il-Paragwaj, Spanja, il-Kanada u r-Renju Unit.