Fil-Veneżwela Chavez jiġġieled għal ħajtu

Fil-Veneżwela, il-President Hugo Chavez qed jirċievi l-kimoterapija fi sptar f’Karakas, wara li għamel operazzjoni f’Kuba għall-kura li kien qed jagħmel kontra l-kanċer.

Il-Ħamis li għadda, il-Viċi President Nicola Maduro qal li Chavez qed jiġġieled għal ħajtu. Il-mexxej tal-Veneżwela li reġa’ ġie elett f’Ottubru li għadda, irritorna Karakas ix-xahar li għadda, imma ftit ingħata ħjiel dwar il-kundizzjoni tiegħu ta’ issa.

Ritratti tiegħu jitbissem flimkien ma’ uliedu bniet, ħarġu fil-media, ftit qabel ma’ ħalla Kuba lejn pajjiżu.